Għaxaq komplew jikkonfermaw id-dominanza tagħhom fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi tal-Ewwel Diviżjoni hekk kif, meta fadal tliet logħbiet għal tmiem il-kampjonat, jinsabu matematikament ċerti minn posthom fil-finali. Għaxaq jinsabu fil-quċċata tal-klassifika bi 18-il punt wara li lbieraħ għelbu lil Santa Venera 21-7. Kienet logħba li l-Għaxqin ikkontrollaw tajjeb u meritatament ħarġu rebbieħa.
Mill-banda l-oħra, il-ġlieda għall-postijiet tal-playoffs hi kważi lesta. Msida, li jinsabu fit-tieni post b’ 14-il punt, segwiti minn St Peter’s Żabbar bi 13 u Żurrieq bi 12 huma fost it-timijiet li kkwalifikaw filwaqt Żejtun bi 11 għad irid ikollhom ċertezza matematika.
Fil-qiegħ tal-klassifika hemm battalja kontra relegazzjoni, b’diversi timijiet separati b’punti minimi. b’Żebbuġ li jinsabu fl-aħħar post b’erba’ punti.
Sadanittant f’aktar riżultati li kellna lbieraħ, Msida għelbu lil Żurrieq 21-11, St Peter’s Żabbar kienu aħjar minn Żebbuġ hekk kif rebħu 21-6 filwaqt li Żejtun iddominaw il-konfront kontra San Ġwann tant li rebħu 21-5.
Birkirkara xejn ma sabuha faċli sabiex jirbħu 21-18 lil Buġibba filwaqt li Qormi San Bastjan għelbu lil Lija 21-10.
L-aħħar tliet logħbiet mistennija jkunu kruċjali biex jiddeterminaw il-playoffs u r-relegation pool.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI
Għaxaq 18, Msida 14, St Peter’s Żabbar 13, Żurrieq 12, Żejtun 11, Lija 8, San Ġwann, Qormi San Bastjan, Birkirkara 7, Santa Venera, Buġibba 6, Żebbuġ 4




