Marsaxlokk akkwistaw is-servizzi tal-midfielder internazzjonali Malti ta’ 29 sena, Matias Nicolas Garcia.
Il-midfielder imwieled fl-Arġentina huwa prodott ta’ Club Atletico Belgrano iżda ġie jilgħab Malta biex jingħaqad ma’ Senglea Athletic fis-sajf tal-2017, u għenhom iżommu l-istatus tagħhom fil-Premier League. Sentejn wara, ingħaqad ma’ Floriana li magħhom rebaħ titlu tal-Malta Premier League u FA Trophy.
F’Ġunju tas-sena li għaddiet, ingħaqad ma’ Hamrun Spartans, fejn magħhom qatta’ staġun.




