Saturday, December 21, 2024

Għażiltu għal binti wkoll li spiċċat tiġġieled għan-nifs fl-ICU

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tat-tilqim kontra l-Covid19 u l-importanza tagħha biex tkun kontrollata l-pandemija, hi fl-aġenda tad-diskussjoni kontinwament. Madwar id-dinja qed jibqa’ ammont ta  persuni li għal raġunijiet diversi qed jagħżlu li jibqgħu lura milli jmorru għat-tilqima. Dan waqt li l-każi ta’ infezzjonijiet mill-varjant Delta qed jiżdiedu hu previst li f’pajjiżi bħal Istati Uniti il-każi se jiżdiedu aktar fil-ġimgħat li ġejjin. It-tfal mhux jeħilsuha mill-varjant Delta u fl-Istati Uniti u pajjiżi oħra qed ikun hemm ħafna tfal żgħar li qed jispiċċaw l-isptar u anke l-ICU. 

Amelia, hi infermiera fi sptar fl-Istati Uniti li użat is-sit soċjali tagħha biex twassal messaġġ, mhux biss għall-Amerikani imma għal kulħadd. Bintha ta’ tlett snin, Aurora spiċċat infettata bil-Covid19. Iddaħħlet l-isptar tiġġieled għan-nifs.

Ommha, tesprimi r-rabja tagħha, indirizzata lejn dawk li qed jagħżlu li ma jitlaqqmux. Hi tikkummenta li “emozzjonalment ninsb eżawrita. Jien infermiera. Binti ta’ tlett snin għandha l-Covid19. Kollox kien jidher taħt kontroll, sakemm Aurora bdiet sejra lura. Tinsab l-isptar u qed tbati minn bilateral pneumonia”. 

“Normalment jien ma nitkellem fuq suġġetti bħal dawn. Imma inħoss li għandi ngħid xi ħaġa, biex inwassal messaġġ. Jekk inti tagħżel li ma titlaqqamx, inti għamilt għażla għal binti ukoll. L-għażla tiegħek wasslet biex binti li hi innoċenti tispiċċa l-isptar.  Aħfruli imma irrabbjata ħafna. Irrabbjata għax jien għamilt dak kollu li stajt. Irrabbjata għax jien niġi għax-xogħol, nispiċċa eżawrita waqt li qed nagħtu kura lil pażjenti li mhux imlaqqmin. Ir-riżultat kien li jien ħadtha id-dar u spiċċat ħaditha binti. Tistgħu timmaġinaw il-frustrazzjoni?”.

Tkompli tgħid li “nifhem li hemm min jista’ jkun beżgħan mit-tilqima. Emmnuni, jien ħadtha. Edukaw lilkom infuskom. Għamlu għażliet tajbin, għalikom u għal ta’ madwarkom, it-trabi inklużi”. 

Ekonomija

Sport