Saturday, May 4, 2024

Għexieren ta’ persuni jitilfu ħajjithom f’għargħar fl-istat ta’ Uttarakhand fl-Indja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 46 persuna tilfu ħajjithom f’għargħar kbir fit-Tramuntana tal-istat ta’ Uttarakhand ġewwa l-Indja. Filmati u ritratti li xxandru fuq il-midja internazzjonali kienu juru d-devastazzjoni li ħall­iet ix-xita qalila li għamlet fejn għadd ta’ toroq u djar spiċċaw mgħarrqin taħt l-ilma filwaqt li numru ta’ pontijiet iġġarrfu. 

Matul din is-sena, dawn iż-żewġ stati rrapportaw xita eċċessiva meta mqabbla ma’ dak li s-soltu tagħmel fl-istess perjodu. Sa dan il-per­jodu tas-sena l-istat ta’ Kerala normalment ikun esperjenza 192.7mm ta’ xita, iżda matul din is-sena dan l-istat diġà kellu 453.5mm ta’ xita. Uttarakhand, li normalment f’Ottubru jkollu 30.5mm ta’ xita, fl-aħħar 24 siegħa dan l-istat esperjenza 133.4mm.

Esperti huma tal-fehma li dan l-istat, li huwa post popolari ħafna mat-turisti, qiegħed jesperjenza kemm l-effetti tat-tibdil fil-klima u anke l-kostruzzjoni bla kontroll. Fl-aħħar jiem għargħar kbir laqat ukoll lill-istat ta’ Kerala fejn minn tal-inqas 26 persuna tilfu ħajjithom. 

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Narendra Modi esprima l-kondoljanzi tiegħu għat-telf tal-ħajja u qal li l-gvern se jkun qiegħed jagħti l-għajnuna tiegħu. 

Sport