Friday, May 17, 2024

Kampjonat Ewropew U/19 Nisa: Malta megħluba mill-Iżrael

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ……..0

Iżrael ……..1

F’partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena, it-team nazzjonali Malti safa megħlub mill-Iżrael bl-iskor minimu ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal mis-sostituta Roni Levi fit-tieni taqsima.

Kollox ma’ kollox kienet partita bilanċjata b’xi waq­tiet ferm kwieta u nieqsa mill-emozzjoni bir-riżultat seta’ jmur kull naħa iżda l-Iżrael dehru iktar inċisivi fl-attakk u rnexxielhom jagħmlu l-aktar ħaġa importanti, jiġifieri jsibu x-xibka.

Min-naħa l-oħra l-Maltin kellhom wirja pożittiva iżda kull meta ppruvaw jinfiltraw id-difiża avversarja sabuha ferm diffiċli hekk kif din kienet ferm kumpatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

Kien biss fil-25 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bl-Iżrael ikunu huma li joħolqu l-periklu permezz ta’ free-kick insidjuż ta’ Stava Arazi li iżda ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Giulia D’Antuono.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, Kailey Willis ittantat xortiha permezz ta’ xutt mid-disatanza iżda sabet lill-goalkeeper Yarin Tureski attenta, li dawret f’corner. L-Iżrael wieġbu fit-52 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Roni Levi li iżda għadda barra.

Peró fit-58 minuta, huma fetħu l-iskor meta Shaked Hortz xeħtet cross għan-nofs li sab lil RONI LEVI li llobjat għal ġox-xibka.

L-avversarji komplew jid­­dominaw u fil-75 minuta Shaked Horvitz kellha xutt minn 30 metru bogħod li ġie salvat minn D’Antuono.

Huma rnexxielhom iżommu l-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita fejn kienu inutli l-isforzi tal-Maltin biex isalvaw ir-riżultat.

IŻRAEL: 18-Yatrin Tureski, 2-Yuvai Rubinstein, 3-Hili Shalom, 4-Noa Parnafes, 5-Asia Dercksen (16-Elen Topuria 82), 6-Noy Bengal (19-Roni Levi 46), 8-Keren Or Edri, 10-Shaked Horvitz (20-Yuval Nagar 75), 11-Stav Arazi (14-Lihi Rahat 88), 12-Maia Sirota, 13-Shani Sirota   – Coach: Erez Belfer

MALTA: 12-Giulia D’Antuono, 4-Tammy Falzon, 8-Emma Ciantar (7-Hannah Khatib 84), 9-Kailey Willis (21-Sarah Vella Barberi 64), 10-Maya Lucia (6-Michaela Cachia 64), 11-Martina Fenech, 13-Ale­xandra Gatt, 15-Rhea Borg, 16-Ileana Farrugia (20-Martina Cortis 84), 19-Mariah Cardona (18-Yulya Carella 78), 22-Veronique Mifsud    – Coach: Frank Schembri

REFEREE: Emanuela Rusta (Albanija)

ASS. REFEREES: Koleta Prenga (Albanija), Stasa Spur (Slovenja)

RABA’ UFF: Aleksandra Cesen (Slovenja)

SKORERS: R. Levi 58 (I)

AMMONITI: K. Willis, V. Mifsud (M)

Sport