Tuesday, April 30, 2024

Il-WHO tfaħħar il-fatt li Malta l-aktar pajjiż fl-UE li qassmet tilqim kontra l-Covid-19 madwar id-dinja

Aqra wkoll

Malta huwa l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ta bħala donazzjoni tilqim kontra l-Covid-19 per capita.

Filwaqt li ta din l-informazzjoni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li jinsab kburi li huwa Malti.

Dan l-att ġie innutat mid-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa Hans Kluge li faħħar lid-Deputat Prim Ministru Fearne. Kluge qal li aktar ma l-virus jibqa’ jiċċirkola, ir-riskju li jinbidel huwa akbar u jsir aktar b’saħħtu. Huwa ddeskriva t-tqassim tat-tilqim bħala etikament korrett u intelliġenti biex tingħata l-protezzjoni għal kemm jista’ jkun nies fl-iqsar żmien.

Sport