Tuesday, May 14, 2024

Giovanni Tedesco jirritorna bħala coach ta’ Birkirkara

Aqra wkoll

Birkirkara FC ħabbru li Giovanni Tedesco se jkun qed jirritorna fit-tmun tagħhom bħala coach. B’karriera ta’ player ma’ clubs bħal Fiorentina, Genoa u Palermo, it-Taljan kiseb reputazzjoni kbira għad-dixxiplina tattika tiegħu.

Dan se jkun ritorn li ilu mistenni fil-club għal Tedesco. Preċedentement, huwa mexxa lill-klabb għal esperjenza ta’ suċċess kbir fl-Ewropa, meta rnexxielu jikseb il-kwalifikazzjoni kontra Ulisses FC u għeleb lil West Ham United bl-iskor ta’ 1-0 f’pajjiżna fil-UEFA Europa League.

Fil-karriera tiegħu, Tedesco mexxa wkoll lil Floriana, Valletta, Hamrun Spartans u lil Santa Lucia.

Sport