Saturday, May 18, 2024

Gleison Bremer kuntent bl-għażla ta’ Juventus

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Brażiljan Gleison Bremer kien qed jitkellem fil-konferenza stampa li saret ilbieraħ fejn ġie ppreżentat bħala plejer ġdid ta’ Juventus. Mistoqsi għaliex għażel lil dan il-club filwaqt li skarta timijiet oħra, il-plejer ta’ 25 sena qal li i Bianconeri kien l-iktar team li kkonvinċieh apparti li għoġbu sew il-proġett tagħhom.

Bremer se jibqa’ fl-istess belt wara li aktar qabel lagħab għal erba’ snin mar-rivali Torino fejn skorja 11-il goal fi 98 partita.

Sport