Sunday, May 5, 2024

Mixli li daħħal id-droga kokaina f’pajjiżna

Aqra wkoll

Juan Daniel Ramos Galindo ta’ 33 sena mill-Veneżwela nżamm arrestat wara li ġie mixli b’importazzjoni, traffikar u pussess tad-droga kokaina. 

Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda meta fil-pussess tal-akkużat instabu 350 gramma kokaina. Fil-Qorti ma ngħatawx aktar dettalji dwar il-każ.

F’dan l-istadju ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni biex jiġu ffriżati l-assi kollha tal-imputat. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion mentri l-Avukat Martin Fenech deher għal Galindo. 

Sport