L-internazzjonali Malti Irvin Cardona niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers hekk kif Saint-Étienne kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Stade Lavallois fi Franza.
Cardona fetaħ l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, u wara pprovda l-assist għall-gowl ta’ J. Breum fil-50 minuta, biex b’hekk għen lit-tim tiegħu jassigura t-tliet punti.




