Sunday, November 8, 2026
Home Sport Serie A: Lazio jibqgħu fil-quċċata minkejja li ġew miżmuma minn Napoli

Serie A: Lazio jibqgħu fil-quċċata minkejja li ġew miżmuma minn Napoli

0
33

Napoli u Lazio temmew fi draw ta’ 1-1 f’konfront mis-Serie A. 

Lazio fetħu l-iskor fit-28 minuta permezz ta’ Davide Frattesi, iżda Napoli kisbu d-draw fit-48 minuta meta Alfonso Pedraza tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess meta kien issikkat minn Scott McTominay.

Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet kellhom diversi opportunitajiet biex jiksbu r-rebħa, iżda d-difiżi rispettivi kienu attenti sal-aħħar. 

B’dan ir-riżultat, Lazio komplew iżżommu posthom  fil-quċċata tal-klassifika, filwaqt li Napoli kellhom jikkuntentaw b’punt f’darhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here