Bottom Six
BIRKIRKARA………………….1
ZABBAR ST PATRICK……… 1
Birkirkara u Żabbar St Patrick qasmu l-punti fi draw ta’ 1-1 f’konfront li ma laħaqx livell għoli iżda li r-riżultat kien wieħed ġust.
Birkirkara fetħu l-iskor fit-32 minuta permezz ta’ Amarildo Jr, li mill-viċin irnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Mohorovic u jsib ix-xibka.
Qabel dan il-goal, iż-żewġ timijiet kellhom diversi tentattivi, fosthom opportunità għal Milos Jovicic ta’ Żabbar li spiċċat barra.
Fit-tieni taqsima, Zabbar St Patrick kisbu d-draw fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota.
Shelom Magri xeħet cross mil-lemin u Francisco Lancioni skorja b’daqqa ta’ ras. Il-gowl wasal grazzi għal żewġ sostituti li l-coach Adolfo Sormani kien daħħal fil-bidu tat-tieni taqsima.
Wara l-gowl, iż-żewġ timijiet komplew ifittxu l-goal tal-vantaġġ. Birkirkara kienu perikolużi permezz ta’ Keith Brewer Shaft u Franklin Sasere, iżda sabu lill-goalkeeper Żabbari attent biex żamm lil sħabu fil-partita.
Il-partita kellha wkoll diversi interventi mitluba permezz tal-Football Video Support. Iż-żewġ timijiet appellaw għal deċiżjonijiet differenti fil-kaxxa, r-referee, Emanuel Grech, ma laqax l-ebda waħda mit-talbiet wara l-verifiki meħtieġa.
Fit-80 minuta, Birkirkara dehru li reġgħu marru fil-vantaġġ meta Sasere kkonkluda cross ta’ Kemal Reid, iżda l-goal ġie mħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside.
Fl-aħħar minuti, Żabbar St Patrick talbu intervent ieħor tal-FVS wara azzjoni fuq Strahinja Jovancic, iżda t-talba tagħhom ukoll ma ġietx milqugħa.
B’hekk, iż-żewġ timijiet kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed fil-bidu tal-impenji tagħhom fil-Bottom Six.
Birkirkara: Joseph Fabrice Ondoa Ebogo, Bernardo Wesley Frazan, Rafael Vicente Ferreira, Kemar Reid (Louis M’Vemba Pahama Ndualu 85), Jefferson Vitor Da Silva (Kadu Ribeiro Durval 73), Zach Muscat, Franklin Sasere, Shaft Keith Brewer Jr, Pablo Gabriel Sousa Alves, Jake Vassallo, Amarildo Aparecido De Souza Junior (Aleandro Garzia 73) – Coach: Paul Zammit
Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Joao Henrique Camargo Mafra, Milos Jovicic, Jake Micallef (Thoma Melillo 93), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi, Vinicius Mendonca Santa Rosa (Mario Fontella 68), Tobias Andre Moriceau Terrazas (Charles M’Mombwa 46), Alfredo Agyeman (Nicolas Francisco Lancioni 46), Kaiden Fenech (Shelom Magri 46) – Coach: Adolfo Sormani
Referee: Emanuel Grech
assistenti: Duncan Sultana, Slawomir Olucha
Raba’ Uff.: Fyodor Zammit
Skorers: A. De Souza 32 (B); Joao Camargo (89)
Ammoniti: B. Frazan, R. Ferreira Santos, F. Sasere (B); J. Camargo Mafra (ZSP)
Player tal-Logħba: Joao Henrique Camargo Mafra (Zabbar St Patrick)




