Saturday, May 18, 2024

Golf: Anders Bergman jirbaħ il-Laferla Trophy

Aqra wkoll

Anders Bergman rebaħ il-Laferla Trophy tal-golf wara punteġġ kumplessiv ta’ 33 punt sabiex għeleb l-isfida ta’ Peter Canaki u Tim Cleasby li kienu qed jiġru warajh f’din il-kompetizzjoni li ġiet organizzata mir-Royal Malta Golf Club u li saret fil-korsa tal-golf fil-Marsa.

Bergman kien konsistenti tul iż-żewġ rounds f’kompetizzjoni li ntlagħbet f’kundizzjonijiet diffiċli fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u li kien ikkaraterizzat minn ħafna riħ.

Sadanittant fir-raba’ post spiċċa Brian James filwaqt li Steve Paterson temm fil-ħames pożizzjoni, it-tnejn b’punteġġ ta’ 35 punt.

Fl-ewwel round tal-kompetizzjoni, Tore Lindtveit beda tajjeb meta kiseb l-aqwa punteġġ segwit minn Andrew Naudi u Dorien Mece.

Fit-tieni round, it-temp kien aħjar fejn ir-riħ beda jbatti u hawn approfittaw Peter Canaki, Thomas Jacobsen u Peter Satariano li kollha kisbu 37 punt u għaddew b’punt lil Anders Bergman li kiseb 38.

Minkejja kollox fil-punteġġ kumplessiv kien l-istess Anders Bergman li kien konsistenti tul il-jumejn ta’ logħob.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, Keith Laferla f’isem Laferla Insurance flimkien mal-kaptan tar-Royal Malta Golf Club Jay Jay Micallef qassmu l-premjijiet lir-rebbieħa.

Sport