Saturday, November 23, 2024

Golf: Schulze Doering itemm fit-tieni post fl-Ungerija

Aqra wkoll

Il-golfer Malti Laurens Schulze Doering spiċċa fit-tieni post fit-63 edizzjoni tal-Hungarian Amateur Open Championship li sar fl-Ungerija.

Schulze Doering kien qed jiddefendi t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra fl-istess post. Il-logħob kien maqsum fi tlett ijiem fejn intlagħbu tliet rounds li kien fihom 54 toqba.

Laurens Schulze Doering kellu skors ta’ 72, 69 u 72 sabiex kellu skor kumplessiv ta’ -3 sabiex spiċċa fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Bence Somogyi u Jakob Balkovec. Wara dan ir-riżultat, kellu jiġi deċiż ir-rebbieħ eventwali b’sudden death bit-tliet golfers li kellhom jagħmlu xi rounds żejda.

Wara it-tieni play-off hole, Schulze Doering naqas li jżomm il-pass mar-rebbieħ eventwali Bence Somogyi għalkemm irnexxielu jieħu t-tieni pożizzjoni.

Sport