Monday, May 13, 2024

Governanza tajba hi prijorità għall-MDB u l-NAO

Aqra wkoll

Iċ-Chairman tal-MDB, is-Sur Leo Brincat, laqa’ lill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, u d-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Noel Camilleri, fl-uffiċċji tal-MDB fil-Floriana, fejn tkellmu dwar kif ir-rabta li tgħaqqad iż-żewġ entitajiet hija l-mod ta’ kif il-governanza tajba hija l-aktar priorità importanti għalihom.

Permezz ta’ preżentazzjoni dwar il-mudell operattiv u l-portafoll tal-prodotti tal-Bank, iċ-Chairman tal-MDB spjega l-istandards għolja li l-Bank jpoġġi fuq l-istrutturi ta’ governanza tiegħu kif ukoll dwar kif skrutinju wiesa’ fuq l-operat tiegħu huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi.

Is-Sur Brincat spjega l-obbligi li jirriżultaw ukoll mill-mandat mogħti mill-Kummissjoni Ewropea li jkopri il-perjodu sa Diċembru 2027.

Filwaqt li l-Bank mhux suġġett għall-skrutinju mill-NAO ħlief meta jħaddem direttament fondi tal-Gvern, l-NAO wettaq awditjar ġenerali u nazzjonali fuq temi bħad-diġitalizzazzjoni, l-ekonomija l-ħadra, temi marbuta mal-klima kif ukoll l-ekonomija ċirkolari, li kollha huma oqsma ta’ priorità għall-MDB.

Meta fondi tal-Gvern kienu użati b’mod dirett mill-MDB bħall-Iskema ta’ Garanzija tal-COVID-19, l-NAO awditjat ir-rwol tal-Bank f’din l-iskema b’konklużjonijiet mill-aktar pożittivi fuq il-ħidma tal-Bank.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport