Il-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali għall-midfielder offensiv Franċiż Paul Pogba. Fil-fatt illum se jkunu qed isiru l-kontro-analiżi tat-testijiet tad-doping u wara tlett ijiem jingħata l-verdett finali.
Pogba qed jirriskja sospensjoni ta’ erba’ snin u minkejja li bħalissa għadu jirċievi salarju sħiħ mingħand Juventus, jekk jinstab ħati l-klabb jista’ jħoll dan il-kuntratt.
Għal dawn l-aħħar 23 ġurnata, Pogba m’għadux imur għas-sessjonijiet ta’ taħriġ u qed jitrenja waħdu d-dar. Hu lanqas qed jassisti għal-logħob fl-Allianz Stadium u kollox jidher li l-avventura tiegħu f’Turin waslet fit-tmiem.