Friday, April 26, 2024

Granit Xhaka jagħti indikazzjoni li jista’ jirritorna ma’ Borussia Moenchengladbach

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Arsenal, Granit Xhaka afferma li “l-bieb tiegħu se jkun miftuħ” għal ritorn ma’ Borussia Monchengladbach fil-futur.

Il-player ta’ 29 sena rrappreżenta lill-club mill-Bundesliga għal erba’ snin bejn l-2012 u l-2016, fejn għamel 140 dehra għall-club qabel ma ngħaqad mal-Gunners.

Xhaka ffirma ftehim ġdid ma’ Arsenal sa l-2024 proprju dan is-sajf, iżda l-futur tiegħu fl-Emirates Stadium għadu mhux ċar fost rapporti li jsostnu li Roma qed iħejju biex jerġgħu jqanqlu l-interess tagħhom fih.

Ritorn f’Monchengladbach kien ukoll f’moħħ Xhaka, bil-midfielder jgħid li: “Qatt ma għamilt iċ-ċaqliq minn Borussia għal Arsenal għall-flus. Kienet ħolma għalija li nilgħab fl-Ingilterra.”

“Għadni kemm estendejt il-kuntratt tiegħi, li għad fadallu sentejn u nofs. Imbagħad se jkolli 32 sena, u jekk Max Eberl (id-direttur tal-isport ta’ Monchengladbach) lest iġibni lura meta jkolli 32 sena, il-bieb tiegħi se jkun miftuħ.”

Sport