Wednesday, April 24, 2024

“Il-Maltin igawdu minn waħda mill-aqwa sistemi tas-saħħa fid-dinja”

Aqra wkoll

Waqt it-tnedija tal-ċentru tal-kontrolli ġdid tal-Emerġenza f’Mater Dei, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Maltin jgawdu minn waħda mill-aqwa sistemi tas-saħħa fid-dinja u li dan qiegħed jirriżulta fi studji li juru li l-Maltin u l-Għawdxin fost l-aktar li jgħixu fit-tul b’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.

Fearne qal li barra minn hekk, matul il-pandemija, is-sistema tas-saħħa ta’ Malta uriet kemm hija reżiljenti anke jekk hemm sistemi tas-saħħa f’pajjiżi ferm akbar minn tagħna li għadhom qegħdin ibatu biex ilaħħqu mat-trażżin tal-firxa tal-pandemija.

Sport