Tuesday, May 14, 2024

“Grazzi tal-fiduċja… mingħajrkom m’aħna xejn” – Owen Bonnici

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Owen Bonnici rrikorra għall-midja soċjali biex jirringrazzja lill-elettorat talli ta l-fiduċja tiegħu lill-Partit Laburista b’rebħa kbira fl-Elezzjoni Ġenerali 2022. 

Filwaqt li rringrazzja lit-tim eċċellenti ta’ volontiera u lill-istaff tas-Segretarjat li, “ħadmu tajjeb immens bħala katina waħda” tul is-sitt ġimgħat ta’ kampanja, Bonnici esprima apprezzament għas-support kontinwu li kellu mill-familja tiegħu u mingħand Remenda. 

Wara dan ir-riżultat eċċellenti f’din l-elezzjoni, Bonnici ddikjara li, “mingħajrkom m’aħna xejn” u awgura l-futur sabiħ lil pajjiżna u liċ-ċittadini kollha issa li l-maġġoranza għażlu Gvern Laburista għat-tielet mandat konsekuttiv.

Sport