Sunday, May 19, 2024

“Jidher li ‘l quddiem se sseħħ bidla soċjali profonda”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffiti jgħid li fit-tellieqa bejn żewġ partiti l-PL kaxkar l-elezzjoni…

Andre Callus, attivist fi ħdan il-Moviment Graffiti, f’kumment għar-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali 2022 qal li jekk naraw l-elezzjoni biss f’termini ta’ tellieqa bejn żewġ partiti, “jidher biċ-ċar li l-Partit Laburista kaxkar l-elezzjoni u li ftit li xejn inbidel mill-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali”. 

Callus jemmen li l-Partit Nazzjonalista baqa’ maqbud f’numru ta’ kontradizzjonijiet u firdiet interni, filwaqt li l-Partit Labursita għamel politika mmirata li żżomm biżżejjed nies kuntenti biex ikollu maġġoranza kbira, minkejja t-twessigħ tal-inguwaljanzi fis-soċjetà u l-qerda ambjentali.

Min-naħa l-oħra, dan l-attivist qal li, “jekk iżda, naraw din l-elezzjoni minn perspettiva ta’ bidliet u proċessi soċjali (u mhux biss f’termini ta’ tellieqa bejn żewġ partiti), naraw li filwaqt li tibqa’ b’saħħitha, il-ħakma kemm tal-PL kif ukoll tal-PN fis-soċjetà ħadet daqqa deċisiva ‘l isfel”. 

Callus sostna li l-fatt li kien hemm kważi 7% tnaqqis f’daqqa ta’ nies li ma vvutawx mill-aħħar elezzjoni ‘l hawn, flimkien mal-fatt li jidher li l-partiti ż-żgħar ġabu sehem ikbar mis-soltu ta’ voti, jidher li qiegħda sseħħ bidla soċjali profonda li ‘l quddiem tista’ twassal għal xenarju totalment ġdid li ż-żewġ partiti l-kbar se jkollhom iħabbut wiċċhom miegħu.

Sport