Saturday, May 4, 2024

“Nuqqas ta’ apprezzament tal-verdett tal-poplu”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jgħid dan l-eks attivist Nazzjonalista Samuel Azzopardi, dwar dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech

L-eks attivist Nazzjonalista Samuel Azzopardi tkellem dwar dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-mument li kkonċeda it-telfa u li fih qal li se jkompli jmexxi, u ddeskriva dan bħala “nuqqas ta’ apprezzament tal-verdett tal-poplu”.

Samuel Azzopardi qal li “fl-ebda pajjiż demokratiku u fl-ebda partit politiku Ewropew ma’ joħroġ kap ta’ partit u fl-ewwel messaġġ uffiċjali tiegħu meta jikkonċedi telfa elettorali ta’ din id-daqs jgħid li ser jerġa jikkontesta għal kap ta’ partit. Self-preservation at its best u nuqqas ta’ apprezzament tal-verdett tal-poplu. U filwaqt li kap waħdu mhux ħati tat-telfa, hu l-ewwel wieħed li jrid jassumi r-responsabbiltà kif għamlu kapijiet oħra qablu b’mod dinjituż. Miegħu messu jikkonvinċi lil min ilu jżomm partit fil-limbu għal tant snin. Ma jfissirx lanqas li ma hemmx postu fil-partit imma mhux bħala kap.”

Tenna li “l-Oppożizzjoni tilfet ħames snin titfixkel f’saqajha, jekk ma tiħux il-passi neċessarji fl-ewwel sitt xhur tkun fit-triq ghal telfa ta’ ħames snin oħra.”

Sport