Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li l-PN huwa ta’ wens u li se jwassal biex pajjiżna jkun ħieles

Aqra wkoll

“Fit-8 ta’ Ġunju għażel lil Malta, ipproteġi lis-saħħa, investi fl-edukazzjoni, għati s-saħħa lill-Partit li jista’ jwensek, wessa l-orizzonti tiegħek u ta’ uliedek – kun il-bidu, it-tama, b’kuraġġ flimkien naslu u nwasslu lil pajjiżna bħala Malta ħielsa, Malta indipendenti, Malta nazzjon – dan jista’ jagħmlu biss il-Partit Nazzjonalista”

Dan qalu l-Kap Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu ndirizza djalogu f’Birkirkara, fejn fid-diskors tiegħu fakkar dwar l-importanza tal-vot tat-Siibt li ġej 8 ta’ Ġunju.

Grech qal li b’differenza għall-Partit Laburista, il-PN qed jippreżenta kandidati ġodda u li diġa’ urew x’kapaċi jagħmlu u li jirrapreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi kollu b’esperjenza fi Gvern lokali u fl-Ewropa.

Bernard Grech fakkar kif kien il-partt mmexxi minnu li daħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fejn tul dawn l-aħħar snin gawda kontinwament. Qal ukoll li l-PN għandu programm elettorali b’viżjoni ċara li b’viżjoni ċara permezz tal-kandidati kollha tiegħu, dawn se jkunu qegħdin jaħdmu għal Malta, għal Għawdex, u għal kull ċittadin.

Ekonomija

Sport