Sunday, December 22, 2024

Grech jibqa’ jirrepeti li l-PN huwa l-unika viżjoni għal pajjiżna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu mill-Għargħur għal darba oħra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Partit huwa l-unika viżjoni li teżisti f’din il-kampanja għax skontu ħaddieħor għadu qiegħed jikkopja l-programm elettorali tiegħu.

Grech tkellem dwar id-dibattitu li żvolġa aktar kmieni fl-Università ta’ Malta. Fakkar li lejn it-tmiem huwa ssuġġerixxa lill-mexxejja l-oħra biex jieqfu għal ġurnata mill-kampanja u jingħaqdu f’dimostrazzjoni nazzjonali ta’ solidarjetà mal-poplu Ukren. Huwa qal li ħareġ diżappuntat li la l-Prim Ministru u lanqas il-mexxejja l-oħra ma kellhom reazzjoni għal din is-sejħa.

Grech qal li hu kburi li l-Partit Nazzjonalista għandu 70 kandidat kapaċi, friski, u ġejjin minn xogħlijiet varji biex iservu u mhux biex biex jinqdew bil-poplu.

Grech appella li bħala Partit Nazzjonalista konvint li se jibni 10 setturi ekonomiċi ġodda biex ikun jista’ jwieżen lill-bqija tal-poplu. “Nistiednek tkun miegħi biex fis-26 ta’ Marzu nibdew paġna ġdida biex pajjiżna jingħata r-reputazzjoni li jixraqlu”, temm Grech.

Ekonomija

Sport