Saturday, May 4, 2024

“Il-PL l-unika partit li jista’ jibqa’ jġib il-bidliet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard waqt l-intervent tagħha fil-programm Awla minn Pembroke qalet li hija sempliċi u jekk il-poplu jrid jara l-kredibbiltà tal-Partit Laburista jista’ jara l-manifesti elettorali kollha implimentati. Hija sostniet li 90 fil-mija tal-manifest elettorali li għadda ġew implimentati u li l-miżuri ta’ budget wara l-ieħor jiġu implimentati.

Attard sostniet li l-Partit Laburista huwa l-unika partit li jista’ jġib il-bidliet, li ġab il-bidliet u li se jibqa’ jġib il-bidliet. Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista jġib il-bidliet fil-manifest elettorali tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista jibdel il-kapijiet tiegħu wieħed wara l-ieħor u baqgħu ma jiħdux ruħ.

Il-President tal-Partit Laburista kompliet li fl-ebda verżjoni tal-manifest tal-Partit Nazzjonalista m’hemm imniżżel li se jingħata ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa. Imbagħad, fis-sistema tat-tnaqqis tat-taxxa propost mill-Partit Nazzjonalista, dawk li se jgawdu l-aktar huma dawk li jaqilgħu aktar minn €60,000.

Sport