Pep Guardiola kien qed jitkellem fi stazzjon tar-radju bbażat f’Manchester fejn il-ġurnalist staqsieh dwar kif iħossu f’dan il-mument li t-tim tiegħu Manchester City mhux għaddej daqshekk tajjeb.
Hu qal li żgur mhux qed iħossu tajjeb wara din il-forma mhux daqstant pożittiva apparti li jemmen li d-diriġenti tal-klabb ma neħħewhx mill-kariga minħabba dak li rnexxielu jagħmel fl-aħħar tmien snin.
Guardiola ammetta li The Citizens ma jistgħux jibqgħu jirbħu dejjem iżda se jagħmel minn kollox biex il-mument ħażin jgħaddi malajr kemm jista’ jkun.