Monday, July 13, 2026
Home Internazzjonali Ġurnalist Amerikan jinħeles mill-Myanmar ftit jiem wara li ngħata sentenza ta’ 11-il...

Ġurnalist Amerikan jinħeles mill-Myanmar ftit jiem wara li ngħata sentenza ta’ 11-il sena ħabs

0
810
Ritratt: Reuters

Il-ġurnalist Amerikan Danny Fenster ġie meħlus mill-ħabs ġewwa l-Myanmar. Tlett ijiem ilu huwa kien ingħata sentenza ta’ 11-il sena ħabs minn qorti militari. 

Kelliemi għall-Ġunta militari qal ma’ BBC li l-ġurnalist ta’ 37 sena tħalla jitlaq mill-pajjiż. Fenster, li kien jaħdem mas-sit Frontier Myanmar, kien ġie arrestat f’Mejju li għadda. 

Huwa kien fost numru ta’ ġurnalisti li ġew arrestati wara l-kolp ta’ stat militari li seħħ fi Frar li għadda. Senster kien instab ħati li kiser l-liġi tal-immigrazzjoni, kellu assoċjazzjonjiet illegali u li inkoraġġixxa r-ribelljoni kontra l-militar.