Saturday, December 28, 2024

“Ġurnata sewda għall-PN… Se jagħmlu intervista ma’ Bernard minflok miegħi” – Adrian Delia

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddeskriva l-jum tas-Sibt bħala “ġurnata sewda għall-Partit Nazzjonalista.” Huwa qal dan fid-dawl li L-avukat Bernard Grech li għadu lanqas ġie kkonfermat bħala kandidat se jitħalla jaħtaf l-unika programm fil-ġimgħa li jien kelli bħala kap tal-Partit.”

Delia kien qiegħed jitkellem dwar l-intervista ta’ kull ġimgħa li hu bħala Kap tal-PN kien ikollu fuq Net FM. Delia qal li “llum NET FM se jxandar intervista miegħu minflok dik dejjem skedata miegħi ta’ kull ġimgha. Dan hu l-istil antik ta’ dawk li jridu l-kontroll assolut tal-PN.”

Huwa kkonkluda jgħid li lilu mhu se jsikktu ħadd, tant li “se nkun qed nitkellem fl-istess ħin fuq FB Live.”

Ekonomija

Sport