Tuesday, September 22, 2026
Home Internazzjonali Ġuvni jmut f’ġibjun… ommu tmut tipprova ssalvah

Ġuvni jmut f’ġibjun… ommu tmut tipprova ssalvah

0
78

Rosaria u Vincenzo – omm u iben – mietu ftit tal-minuti biss wara xulxin. L-omm kellha 37 sena filwaqt li binha kellu 21 sena.  Rapporti fil-midja Taljana qalu li l-omm kellha 16-il sena meta kellha lil Vincenzo u “kienu qishom żewġt iħbieb aktar milli omm u iben”.

Il-każ seħħ f’garaxx ta’ dar f’Partinico f’Palermo fi Sqallija.

Jirriżulta li taħt il-garaxx fejn kien jaħdem il-ġuvni kien hemm ġibjun li fih kien jinħażen tagħmir agrikolu. Fost dan kien jinżamm materjal biex jiġi wżat għall-ħsad taż-żebbuġ.

Jirriżulta li dan il-materjal kien ilu miżmum hemm għal madwar sena u kien tħassar ħafna tant li minnu bdew ħerġin ħafna gassijiet velenużi u hekk kif Vincenzo niżel fil-ġibjun intilef minn sensieh u miet. 

Ommu li kienet fl-istess garaxx indunat li binha kien intilef minn sensieh u niżlet maljar biex issalvah. Iżda l-istess destin mess ilha. Hekk kif niżlet minħabba l-ħafna gassijiet li kien hemm intilfet minn sensiha hi wkoll.

Huwa maħsub li t-tnejn mietu fi ftit minuti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here