Tuesday, February 11, 2025

GVERN LI JAGĦTII PRIJORITÀ LIR-RIFORMI FL-INKJESTI MAĠISTERJALI

Aqra wkoll

Il-Gvern qiegħed jagħti prijorità lir-riforma fl-inkjesti maġisterjali. Tant hu hekk li llum fil-Parlament mistenni li jibda d-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari b’rabta ma’ din ir-riforma li smajna ħafna dwarha f’dawn l-aħħar ġimgħat. Bosta kienu dawk li fl-aħħar jiem faħħru dan il-pass kuraġġuż li qed jieħu l-Gvern, inkluż avukati nfushom li kien ilhom jisħqu ħafna dwar il-ħtieġa li jitressqu emendi fir-rigward.

Dan kollu fl-isfond illi qed ikun hemm wisq persuni innoċenti, li wħud minnhom ma jkollhom x’jaqsmu xejn mal-politika, li jispiċċaw jirrinfaċċjaw proċeduri ġudizzjarji, minkejja li jkun ċar li dawn l-individwi ma jkunx ħaqqhom jaffaċċjaw dawn il-proċeduri. Minn dak li ħareġ s’issa jidher li din ir-riforma se tkun waħda ħolistika, fejn mhu se jkun qed jiġi mċaħħad l-ebda aċċess għall-ġustizzja.

Se jkunu qed jiġu introdotti salvagwardji li jħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li se tiżdied il-kontabilità u jingħataw drittijiet statutorji ġodda lill-vittmi u qrabathom. Apparti minn hekk, se tkun qiegħda televa l-proċess għal Imħallef li jippresjedi l-Qorti Kriminali fir-rigward ta’ talbiet għall-inkjesti miċ-ċittadin privat. Fost affarijiet oħra, din ir-riforma se tikkristallizza l-irwol tal-maġistrat u l-esperti fil-proċess tal-inkjesti, biex ikun assigurat li l-proċess ma jkunx imtappan minn dubji.
Iżda quddiem dan kollu, il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista x’kienet? Diġà rajna kif fl-ewwel qari tal-abbozz ta’ liġi li ressaq il-Gvern f’dan ir-rigward, l-Oppożizzjoni vvotat kontra. Barra minn hekk, saru dikjarazzjonijiet oħra li l-Partit Nazzjonalista jekk u meta jkun fil-Gvern se jkun qiegħed ireġġa’ lura din ir-riforma.

Min-naħa l-oħra, il-Gvern kien diġà ċar li din ir-riforma hija intenzjonata li ssaħħaħ il-ġustizzja fil-pajjiż filwaqt li telimina kull lok t’abbuż fis-sistema li ilha tintuża s-snin. B’dan il-mod, ir-riforma se tassigura li l-ġustizzja tintuża biss għall-għanijiet veri tagħha. Nittamaw li d-diskussjoni parlamentari li se tibda llum tkun waħda sana u matura.

Din ir-riforma mhix qed issir sempliċiment fuq il-karti. Imma hija intenzjonata li ssaħħaħ il-ġustizzja fil-pajjiż filwaqt li telimina kull lok t’abbuż fis-sistema li ilha tintuża s-snin. B’hekk din ir-riforma se tassigura li l-ġustizzja tintuża biss għall-għanijiet veri tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport