Monday, December 23, 2024

Gvern Nazzjonalista jagħlaq Monte Carmeli u jiftaħ sptar ġdid viċin Mater Dei

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika mill-pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-proposti li qiegħed jitkellem dwarhom huma parti minn pakkett studjat maħsubin biex jindirizzaw b’mod pożittiv il-ħajja tal-bniedem.

Grech sostna li gvern nazzjonalista għandu impenn li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ saħħa mentali b’mod speċjali fit-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li minn mindu nkunu żgħar jeħtieġ li nkunu konxji ta’ x’qed jiġri minna. 

Grech qal li jekk jingħata l-fiduċja se jkun qiegħed jintroduċi programmi internazzjonali biex tfal żgħar fl-iskejjel jingħataw l-għajnuna. Dawn it-tfal ikunu jistgħu jifhmu xi tfisser li tibki, li tweġġa’, meta xi ħadd jidħak bik, xi ħadd iweġġa’ lilek jew lil xi ħadd għażiż tiegħek bħala għodda biex nitgħallmu nwieġbu għal dawn il-piżijiet. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan biss mhuwiex biżżejjed u b’hekk gvern Nazzjonalista se jkun qiegħed jagħlaq il-binja ta’ Monte Carmeli u jiftaħ sptar ġdid tas-saħħa mentali viċin l-Isptar Mater Dei.

“Hemm ħsieb ġenerali ċar fejn irridu mmorru, jekk trid il-kopja taf fejn trid tmur, imma aħna l-viżjoni”, tenna Grech.

Ekonomija

Sport