Friday, May 3, 2024

“Tlaqna minn punt fejn emminna li rridu nagħmlu iżjed”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista li saritlu f’Birkirkara, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela tkellem dwar kif fil-garanzija għat-tfal se jkun hemm investiment ta’ €145 miljun fil-ħames snin li ġejjin. 

Huwa qal li jekk wieħed jara l-proposti li tnedew il-ġimgħa l-oħra u dawk li tħabbru dalgħodu hemm prinċipju komuni – in-nies u l-kwalità tal-ħajja. Qal li sar ħafna fl-aħħar snin u “tlaqna minn punt fejn emminna li rridu nagħmlu iżjed.”

Dr Abela elenka wħud mill-proposti li tħabbru fosthom żieda fit-tax credits għal attivitajiet extra-kurrikulari, uniformi waħda sħiħa fis-sena u servizz tal-internet lil tfal minn familji bi dħul baxx, laptop għall-istudenti tas-sekondarja u l-estensjoni tal-one tablet per child għas-sekondarja. 

Ma’ dawn huwa semma ż-żieda fiċ-ċhildrens’ allowance: €90 fis-sena għal ħames snin, se jkun qiegħed jingħata wkoll laptop b’xejn lill-istudenti tas-seba’ sena biex jintuża matul l-esperjenza sekondarja tagħhom u se tiġi estiża l-iskema tal-one tablet per child għas-sekondarja. Barra minn hekk, proposti oħra jinkldu ż-żieda fl-in work benefit ta’ €50 fis-sena għal erba’ darbiet konsekuttivi.

Il-PM qal li l-kredibilità tiġi mill-fatt li “magħna taf fejn qiegħed u dak li nwiegħdu nwettquh. Ħaddieħor qalilna tberbiq ta’ flus. Aħna dan narawh bħala l-aqwa investiment li nistgħu nagħmlu fis-soċjetà tagħna. Emminna f’dawn l-inizjativi mill-bidu u se nkomplu nsaħħuhom.”

Sport