Saturday, December 28, 2024

Gvern PL jagħżel politika espansjonali għall-kuntrarju tal-PN li kien jara kif jintroduċi taxxi ġodda

L-ekonomista u l-Membru Parlamentari Cressida Galea

Aqra wkoll

Hekk kif illum jiġi preżentat il-budget bil-viżjoni għas-sena li ġejja, dan is-sit tkellem mal-ekonomista u l-Membru Parlamentari Laburista Cressida Galea li spjegatilna dwar il-politika fiskali tal-gvern li hija l-għodda li permezz tagħha l-gvern ikun jista’ jimplimenta l-politika tiegħu.

“Fil-verità l-Gvern se jkun qiegħed iħabbar budget ieħor mibni fuq il-ġid komuni għax fil-verità l-qofol ta’ kollox tad-deċiżjonijiet tal-gvern qegħdin hemm biex ikollna tkabbir ekonomiku li jsaħħaħ dan il-ġid komuni”, bdiet biex tgħid ma’ dan is-sit l-ekonomista.

Hija spjegat li prinċiparjament il-gvern għandu żewġ għażliet ta’ kif jimplimenta l-politika tiegħu u dawn huma l-politika fiskali espansjonali jew politika fiskali kontrazzjonali.

Permezz ta’ politika fiskali espansjonali l-Gvern ikun qiegħed iżid in nefqa tiegħu sabiex jaffettwa l-prodott gross domestiku u jaffettwa d-dħul tal-pajjiż. Dan ikollu effett fuq l-ekonomija u t-tkabbir ekonomiku għax jekk in-nefqa tal-gvern tkompli tiżdied b’aktar flus injettati allura dak jissarraf fi tkabbir ekonomiku.

Galea kompliet biex tispjega li kuntrarjament għandek il-politika fiskali kontrazzjonali li l-gvern jimplimenta billi jnaqqas l-infiq tiegħu jew jgħolli d-dħul. Hija fakkret li strument importanti li jaffettwa d-dħul tal-gvern huwa li jgħolli t-taxxi u fakkret li gvern nazzjonalista kien sinonimu ma’ din il-politika t’awsterità. 

“Iżda Gvern Laburista wera kif Budget wara l-ieħor baqa’ jżid in-nefqa tiegħu b’investiment fil-poplu b’miżuri li dejjem jibnu fuq oħrajn mingħajr ma jaqa’ t-tajjeb li diġà sar”, tenniet tgħidilna.

Ekonomija

Sport