Monday, May 13, 2024

Gzira United jakkwistaw lil Zachary Cassar

Aqra wkoll

Gzira United kisbu l-ewwel akkwist fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar meta laħqu ftehim mad-difensur Zachary Cassar.

Il-Maroons jinsabu ħerqana li jsaħħu l-iskwadra tagħhom dan ix-xahar fit-tentattiv tagħhom li jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Gżira sofrew telfa diżappuntanti ta’ 2-1 kontra Santa Lucia li ħalliet lit-tim fid-disa’ post tal-klassifika tal-Kampjonat Premier bi 11-il punt.

Il-kowċ Darren Abdilla kien ħerqan li jdaħħal plejer Malti fl-iskwadra tiegħu u identifika lil Cassar bħala l-firma perfetta għall-klabb tiegħu.

Id-difensur kien fuq il-kotba ta’ Floriana fil-bidu tal-istaġun iżda aktar kmieni dan ix-xahar tħabbar li d-difensur żagħżugħ laħaq ftehim biex jinħall mill-kuntratt tiegħu mal-klabb u jfittex club ġdid.

Sport