Wednesday, July 24, 2024

Ilbies obligatorju tal-maskri fl-Isptarijiet Spanjoli 

Aqra wkoll

Spanja għamlet obligatorju l-ilbies ta’ maskri fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa mill-bieraħ. Dan wara li żdiedu l-każijiet ta’ influwenza u tal-Covid 19 madwar l-Ewropa kollha.

Diversi esperti tas-saħħa qegħdin jgħidu li wara l-istaġun tal-festi, l-Isptarijiet, mhux biss fi Spanja iżda globalment, qegħdin jerġgħu jaraw żidiet fil-każijiet tal-Covid-19, fl-influwenza u saħansitra anki fil-mard respiratorju. 

Rapporti jgħidu li Spanja u l-Italja huma fost l-aktar pajjiżi Ewropej milqutin u l-isptarijiet qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu ma’ influss ta’ pazjenti. Ingħad ukoll li l-Ġermanja u Franza wkoll qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet ta’ influwenza. 

Il-Ministru tas-Saħħa ta’ Spanja, Monica García ltaqgħet mal-kapijiet reġjonali tas-saħħa u li għalhekk ittieħdet deċiżjoni bil-għan li kull individwu jipproteġi lilu nnifsu u lil ħaddieħor minn kwalunkwe mard. 

Id-deċiżjoni tal-ilbies obligatorju maskra ittieħdet sabiex jiġu protetti ċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet u b’hekk ikunu protetti wkoll il-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa”

Skont dejta mill-Istitut tas-Saħħa Carlos III, li jagħmel parti mill-ministeru tas-saħħa, ħareġ li fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru, il-każijiet tal-influwenza laħqu madwar 1,000 każ aktar min-normal. L-istess statistika turi li dan jirrapreżenta żieda ta’ 76% meta mqabbel mal-ġimgħa ta’ qabel. Intant, in-numru ta’ nies li ddaħħlu l-Isptar għal aktar kura, żdied b’60%.

Ekonomija

Sport