Saturday, November 9, 2024

Gzira United jirbħu b’żewġ goals lejn it-tmiem

Aqra wkoll

Gzira United ……..2

Mgarr United …….0

Gzira United avvanzaw għas-semi-finali tal-IZIBET FA Trophy meta għelbu lit-team min-National Amateur League, Mgarr United, bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu tard fil-partita.

Il-Gżirjani kienu l-aħjar team fil-35 minuta kienu sfortunati meta Jackson Mendoza ġie mċaħħad minn sieq il-lasta.

Mgarr għażlu li jaddottaw tattika difensiva u joperaw bil-kontrattakki.

Iżda, fit-83 minuta, id-difiża tagħhom ġiet esposta meta minn azzjoni ta’ corner,  il-ballun mar fid-direzzjoni ta’ LUCAS MACULA li mattar siequ biex tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud, il-Maroons issiġillaw ir-rebħa fil-91 minuta meta

Walter Spence rnexxielu jsib lil THAYLOR ALDAMA fil-kaxxa li mill-viċin ma żbaljax.

Peró, minkejja din l-eliminazzjoni, l-Imġarrin ħarġu mill-ground b’rashom mgħollija għall-fatt li rnexxielhom jaslu sa dan l-istadju.

Gzira U: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Conceicao, 3-Gabriel Bohrer, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 19-Walter Spence, 20-Farid Zuniga (4-Andrew Borg-63), 47-Brooklyn Borg (11-Lucas Macula-70), 93-Thiago Espindola (Zachary Cassar 87), 98-Jackson Mendoza (23-Jose Silva 63) – Coach: Andrew Cohen

Mgarr U.: 1-Jacob Chircop, 3-Kane Farrugia (11-Liam Portelli 90), 4-Maximilian Borg Bartolo (21-Jamie Lee Micallef 92), 5-Julian Camilleri, 8-Jurgen Grech (13-Matthew Borg 92), 10-Jurgen Suda (9-Kento Arai 82), 15-Adrian Borg, 18-Christian Ebisindor, 19-Joseph Paul Zammit, 23-Ryan Camilleri, 27-Matthew Attard – Coach: Brian Spiteri

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Roberto Vella, Max-Lee Muscat

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorers: L. Macula 83, T. Aldama 91 (G)

Ammoniti: G. Bohrer Mentz, M. Dias, A. Borg (G), M. Borg Bartolo (M)

Sport