Wednesday, December 25, 2024

Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Indjan ta’ 54 sena u residenti Tal-Pietà, weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

Kien għall-ħabta tal-10.00a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Università ta’ Malta.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport