Monday, December 9, 2024

Covid-19: 217-il każ ġdid u jfiqu 3 persuni

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn total ta’ 4,091 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 217-il każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm tliet persuni ddikjarati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 2,177.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-146 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 97 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-età medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 28 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 18-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 32,833 fejn minnhom 30,236 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 728,106 doża. Minn dawn 386,328 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 359,042 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport