Haley Bugeja esperjenzat mument ieħor memorabbli ma’ Inter Women, wara li skorjat doppjetta kontra Lazio.
L-attakkanta Maltija laħqet tragward storiku, hekk kif saret l-ewwel plejer barranija fl-istorja ta’ Inter Women li skorjat 30 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha għan-Nerazzurri.
Kisba oħra impressjonanti għal Bugeja!




