Friday, February 3, 2023

Ħalliel joqtol pulizija waqt li kien qed jiġi arrestat

Aqra wkoll

Uffiċjal tal-Pulizija fil-kapitali Unġeriża, Budapest, ġie maqtul allegatament minn ħalliel hekk kif il-vittma kien qed jipprova jarrestah.

Il-pulizija ġew imsejħa fi blokk ta’ appartamenti hekk kif raġel ipprova jidħol jisraq. L-allegat ħalliel beda jipprova jaħrab tant li beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lil wieħed pulizija li kien hemm biex jarrestaw. Miegħu kien hemm żewġ pulizija oħra li wkoll sofre xi ġrieħi.

Hekk kif il-ħalliel ħarab mill-blokka ta’ appartamenti, sab uffiċjal tal-pulizija isfel fejn dan mill-ewwel induna x’kien ġara. Kien hawn li dan il-pulizija sparalu u rnexxielu jarrestah.

Il-pulizija kollha u anke l-allegat ħalliel ittieħdu l-isptar fejn wieħed mill-uffiċjali li għandu 29 sena tilef ħajtu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport