Tuesday, October 22, 2024

Ħames clubs wara l-firma ta’ Vitor Roque

Aqra wkoll

Ħames clubs Ewropej jinsabu f’taħditiet ma’ Barcelona sabiex jakkwistaw lill-plejer Brażiljan Vitor Roque. Dan tal-aħħar spiċċa barra mill-pjanijiet tal-kowċ Hansi Flick u ngħata parir ifittex klabb ieħor.

Sadanittant, Nottingham Forest, Everton, Girona, Porto u Real Sociedad kellmu lid-diriġenti Katalani sabiex jaslu għalih.

Vitor Roque għandu 19-il sena u fl-istaġun li għadda lagħab 14-il logħba mal-Katalani filwaqt li skorja żewġ gowls.

Sport