Ħames żgħażagħ tilfu ħajjithom f’inċident li ħasad lil bosta fil-kapitali Taljana ta’ Ruma.
Skont rapporti fil-midja Taljana, żagħżugħ Taljan ta’ 21 sena kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Fiat500 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza, laqat arblu tad-dawl u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, fejn żewġ tfajliet u tliet ġuvintur Taljani ta’ bejn is-17 u l-21 sena ġew iċċertifikati mejta fuq il-post. Is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard irriżulta li jinsab fil-periklu tal-mewt