Monday, May 13, 2024

Ħames snin ħabs għal carer li ta daqqa ta’ ponn lil pazjent

Aqra wkoll

Charlton Spiteri, carer ta’ 30 sena kellu s-sentenza ta’ ħames snin ħabs ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell wara li aktar qabel kien instab ħati li ta daqqa ta’ ponn lil pazjent fl-Isptar San Vinċenz de Paul.

Il-każ seħħ f’Awwissu tal-2018 f’Fatima Ward 3 meta l-akkużar kien ħebb għal anzjan li kellu 78 sena. L-anzjan kien qiegħed jipprova jqum mis-sodda. Wara dan l-inċident hu kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar fejn hemm ġie ċċertifikat li kellu gravi f’wiċċu.

Fl-appell tiegħu Spiteri kien qal li kien hemm diskrepanzi fix-xhieda ta’ mart u wlied il-vittma li kien tkellem magħhom dwar l-inċident. Iżda meta l-Qorti tal-Appell rat fid-dettall ix-xhieda qalet li dawn kienu konsistenti max-xhieda li ngħatat minn pulizija li tkellem mal-anzjan.

Il-Qorti qalet li s-sentenza ta’ ħames snin ħabs ma kinitx waħda eċċessiva kif sostna Spiteri fl-appell tiegħu. Kien għalhekk li s-sentenza kollha tal-Ewwel Qorti ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell.

Sport