Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Ħamrun 147 D jirbħu l-finali tal-Community Knockout

Ħamrun 147 D jirbħu l-finali tal-Community Knockout

0
42


Ħamrun 147 D rebħu l-Community Knockout tal-Blackball wara li fil-finali li ntlagħbet ilbieraħ fil-Juventus Club Vero Amore ta’ Birkirkara għelbu lil Fgura Plan B Bar bl-iskor ta’ 11-7.
It-tim minn Fgura beda tajjeb u mar 2-0 minn fuq, iżda Ħamrun wettqu reazzjoni biex rebħu l-ewwel sessjoni 3-2. Fit-tieni sessjoni, Ħamrun kabbru l-vantaġġ għal 6-4, filwaqt li fit-tielet waħda Fgura wettqu rimonta biex naqqsu d-distakk għal 8-7.
Madankollu, Ħamrun rebħu l-aħħar tliet frames konsekuttivi biex issiġillaw ir-rebħa.
Dylan Zammit u Marco Galea spikkaw bi tliet frames mirbuħa kull wieħed, filwaqt li Ian Zammit u Neil Aquilina kisbu l-aħħar żewġ frames li taw it-titlu lil Ħamrun 147 D.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here