Saturday, May 18, 2024

Hamrun S. isaħħu posthom fil-quċċata b’rebħa minima fuq Gudja U.

Aqra wkoll

Hamrun Spartans………….1

Gudja United…………………0

Hamran Spartans kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Gudja United, biex b’hekk ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika b’34 punt.

Kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu fid-19-il minuta meta Dodo għadda tajjeb lejn Matthew Guilliamuier li kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-40 minuta, xutt sabiħ ieħor din id-darba ta’ Juan Carlos Corbalan ukoll intemm barra.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Hamrun u ħames minuti wara tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Matthew Guillaumier kellu xutt insidjuż li stampa mal-mimduda, bil-Gudjani jeħilsuha ħafif.

Fit-63 minuta Hamrun fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Gudja, approfitta bis-sħiħ ELVIS MASHIKE SUKISA li mill-viċin tefa’ ġewwa.

L-Ispartans komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-André Prates, 9-Vito Plut, 11-Bienvenu Selemani (74′ A.Azzopardi), 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella (7-John Mintoff 88), 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete (99-Tensior Gusman 74) (8-Tatsuro Nagamatsu 79) Coach: Andrea Agostinelli

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashike Sukisa, 10-Dodo (63-Jonny 71), 12-Roko Prsa (17-Vinicius Freitas 85), 14-Rodrigo Callegari, 25-Bruno Ederson, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (77-Shaisen Attard 85) Coach: Branko Nisevic

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Edward Spiteri, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: E. Mashike Sukisa 63 (H)

Ammoniti: J. Ramires Bolanos, J. Mintoff (G)

Player tal-Logħba: Elvis Mashike Sukisa (H)

Sport