Tuesday, May 7, 2024

Grupp ta’ immigranti jinstabu “mormijin” bla ħajja f’Zambia

Aqra wkoll

27 persuna maħsubin li huma immigranti mill-Etijopja nstabu bla ħajja wara li allegatament ġew “mormijin” f’ġenb ta’ triq f’Ngwerere f’Zambia.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li dawn il-persuni spiċċaw fgati waqt li kienu qegħdin jiġu trasportati. Wieħed minn fost il-persuni nstab jieħu l-aħħar nifsijiet u ttieħed b’urġenza fi sptar. 

Zambia huwa post magħruf għat-trasport tal-immigranti, b’mod speċjali dawk li jkunu jridu jivjaġġaw lejn l-Afrika t’Isfel.

Skont l-investigazzjonijiet li saru jidher li t-28 persuna kienu kollha rġiel bejn l-20 u t-38 sena.

Sport