Thursday, January 30, 2025

Hamrun Spartans itemmu l-Ewwel Fażi fuq nota tajba

Aqra wkoll

Hibernians ………….0

Hamrun Spartans ….3

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans temmew l-Ewwl Fażi fuq nota pożittiva meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 3-0.

Kienu Hibernains li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta rebħu penalty hekk kif Steve Borg waqqa’ lil Carvalho fil-kaxxa. Mill-11-ilmetru inkariga ruħu Jurgen Degabriele li iżd ra lill-goalkeeper ta’ Hamrun Celio De Paz isalva bi bravura.

Hamrun wieġbu ħames minuti wara meta Ryan Camenzuli kellu xutt minn tarf il-kaxxa li ġie salvat taj­jeb mill-goalkeeper tal-Pawlisti, Hugo Sacco.

Minuta biss wara Giannis Bastianos dejjem għat-team minn Raħal Ġdid, xeħet cross li sab lil Federico Falcone li kellu x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa minn pożizzjoni angolata jintemm għoli.

Hamrun fetħu l-iskor fit-28 minuta meta wara li rċieva minn minn corner mogħti mnn Lui Talison Barboza, KEAN SCICLUNA, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Il-partita kompliet tkun karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sabiex fis-70 minuta, wara li rċieva minn free­-kick ta’ Barbosa, Daniel Letherby b’xutt b’saħħtu tefa’ ftit barra.

Hibernians wieġbu żewġ minuti biss wara meta xutt xutt ta’ Jurgen Degabriele għadda ftit għoli.

Hamrun iduppjaw l-iskor fil-75 minuta meta LUI TALISON BARBOZA avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ wara Sacco.

Tliet minuti wara, Hamrun issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal meta wara li rċieva minn corner mogħti minn Talison Lui Barbosa, JOSEPH ESSIEN MBONG b’rovexxjata mill-isbaħ minn ġol-kaxxa tefa’ ġewwa.

Fil-81 minuta, Felico Carvalho għal Hibernians tkeċċa permezz ta’ karta ħamra diretta wara li mbotta player ta’ Hamrun.

HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 4-Alfred Silas (14-Dexter Xuereb 68), 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Fraga, Natha Carvalho, 10-Jurgen Degabriele (13-Jake Portelli 83), 11-Bjorn Kristensen (6-Lucas Caruana 46), 20-Federico Falcone, 23-Matthew Ellul (Alex De Souza 91), 29-Giannis Bastianos, 44-Henrique Pedro (99-Gabriel Alves 40)   – Coach: Branko Nisevic

HAMRUN S.: 98-Celio De Paz, 3-Mattias Ellul, 4-Steve Borg, 6-Daniel Letherby, 8-Lui Talison (20-Neville Grech 90), 10-Joseph Mbong, 21-Sean Agius (13-Felippe Bugeja 90), 28-Juan Carlos Corbalan (2-Kydin Hili 36), 33-Marques Da Rocha, 55-Kean Scicluna, 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: K. Scicluna 28, T. L. Barboza 75, J. E. Mbong 79 (HS)

AMMONITI: S. Borg, Mayron, H. Bonello (HS)

TKEĊĊA: F. Carvalho 81 (H)

Sport