Monday, May 13, 2024

Hamrun Spartans jaċċertaw fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Mosta ………..0

Hamrun S. …..4

Hamrun Spartans għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 4-0 liema rebħa kienet ċerta sal-mistrieħ biex reġgħu telgħu fil-quċċata tal-klassifika. 

Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari u wara biss tliet minuti fetħu l-iskor  meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Nemanja Krtsic, qamet taħwida fil-kaxxa u ELIONAY FREITAS DA SILVA xeħet fix-xibka.

Fis-16-il minuta Hamrun appellaw għal penalty meta Ben Aziz Dao waqqa’ lil Jonny eżatt f’tarf il-kaxxa iżda l-foul ġie ġudikat li sar barra l-kaxxa.

Fit-30 minuta, Nemanja Krstic, spara xutt mid-distanza li iżda għadda ftit għoli.

Għaxar minuti wara, l-Ispartans irduppjaw meta Jonny xeħet cross insidjuż li sab lil LUKE MONTEBELLO li spara xutt mill-ewwel bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka, biex irriżulta goal tal-is­tampi.

U eżattamant qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, il-Ħamruniżi  għamluhom tlie­ta biex aċċertaw ruħhom mill-punti massimi meta Joseph Mbong xeħet cross fil-baxx bil-ballun jasal għand JUAN CARLOS CORBALAN li minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Fit-tieni taqsima, Hamrun komplew jixxalaw u fis-70 minuta għamluhom erbgħa meta Mbong ipprovda l-assist lil LUKE MONTEBELLO, li mill-viċin tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Mosta wieġbu għall-ew­wel darba fid-79 minuta meta Henry Chidera Nwoga kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tistampa mal-mimduda.

Tliet minuti wara, Hamrun rebħu penalty meta Kevin Tulimieri waqqa’ lis-sostitut Seth Paintsil fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inakriga ruħu Luke Montebello li iżda ra lill-goalkeeper sostitut ta’ Mosta, Dylan Ciappara, isalva u jdawwar f’corner bi bravura.

Fis-86 minuta, Hamrun spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Steve Borg wara foul ikrah li kkommetta fuq Gianluca Sciberras.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan (Dylan Ciappara 46), 4-Gustavo Adolfo Chara Valois, 9-Henry Nwoga Chidera, 10-Precios Linus Tenebe (Eric Mensah 46), 16-Gianluca Sciberras, 18-Armen Hovhannisyan, 19-Ben Aziz Dao, 20-Wilie Britto, 27-Jamie Scerri (Damian Aneni 46), 74-Jake Vassallo, 92-Kevin Tulimieri (Jean Paul Farrugia 46)   – Coach: Joseph Grech

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (27-Ognjen Bjelicic 83), 14-Elionay Freitas Da Silva (12-Roko Prsa 74), 23-Uros Duranovic, 25-Ederson Bruno Domingos, 28-Juan Carlos Corbalan, 42-Nemanja Krstic, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli (Joseph Essien Mbong 10), 98-Jonny (30-Seth Paintsil 76)  – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Sceri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: E. Freitas Da Silva 4, L. Montebello 45, 87, J. Carrlos Corbalan 46 (HS)

AMMONITI: G. A. Chara Valois, B. Aziz Dao, J. Vassallo (M), Jonny (HS)

TKEĊĊA: S. Borg 86 (HS)

Sport