Wednesday, November 18, 2026
Home Sport L-Arġentina b’rebħa kbira fuq il-Costa Rica

L-Arġentina b’rebħa kbira fuq il-Costa Rica

0
35

L-Arġentina rritornat għar-rebħ b’mod impressjonanti wara li għelbet lil Costa Rica bl-iskor kbir ta’ 7-0 f’partita ta’ ħbiberija internazzjonali.

Nico Paz u Julian Alvarez skorjaw doppjetta kull wieħed, filwaqt li Franco Mastantuono wkoll niżżel ismu darbtejn fost l-iskorers. Alexis Mac Allister żied goal ieħor.

Paz fetaħ l-iskor fis-seba’ minuta, filwaqt li Alvarez irdoppja fil-35 minuta. Paz reġa’ skorja tliet minuti wara, qabel ma Alvarez għamilhom 4-0 ftit qabel il-mistrieħ.

Mastantuono skorja l-ħames goal fit-48 minuta, Mac Allister żied is-sitt wieħed fit-78 minuta, u Mastantuono għalaq il-festa tal-goals fid-88 minuta.

Din ir-rebħa tat sodisfazzjon lit-team ta’ Lionel Scaloni wara t-telfa ta’ 2-1 kontra l-Urugwaj.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here