Hamrun S…………..3
Naxxar L…………….0
Minn Cristian Muscat
Wara tliet telfiet koneskuttivi, reazzjoni mmedjata kienet neċesssarja minn Hamrun Spartans u din waslet bl-aqwa mod possibli, meta huma kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, f’partita li huma ddominaw għal ħinijiet twal.
Hamrun kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Ryan Camenzuli hekk kif qed jirkupra minn injury fl-għaksa.
Intant, rimarkabbli huwa l-fatt li l-kowċ ta’ Naxxar Winston Muscat kien qed jaffronta proprju lill-eks tim tiegħu, li wassalhom għar-rebħ tal-Kampjonat ewara ħames partiti fit-tmun tagħhom, matul l-istaġun li għadda.
Fis-26 minuta, Hamrun kellhom ferħa bla temma meta Ognjen Bjelicic żmarkat għal kollox kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin li ntemmet ġewwa, iżda r-referee Daniel Portelli ħassar dan il-goal wara li kkonsulta l-FVS.
Iżda huma ma kelhomx jiġu mċaħħda fil-35 minuta meta DAMIR CETER mill-viċin tefa’ ġewwa, fejn ta’ nota huwa l-fatt li r-referee Portelli kien ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-iskorer prolifiku Kolumbjan kien jinsab f’pożizzjini ta’ offside, iżda mbagħad wara li r-referee tkellem mar-raba’ uffiċjal Fyodor Zammit hekk kif dan kien ikkonsulta l-FVS, il-goal ġie kkonvalidat.
B’hekk Ceter reġa’ sab ix-xibka wara diversi ġimgħat hekk kif kien barra mill-azzjoni minħabba injury pjuttost serja.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-44 minuta, irduppjaw l-iskor permezz ta’ auto-goal sfortunat meta Gustavo Goncalves De Campos fit-tentattiv li jinterċetta l-ballun mingħand player ta’ Hamrun tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess.
Hamrun tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal fid-69 minuta meta Mouad El Fanis venven xutt b’saħħtu minn pożizzjini ideali li ħabat ma’ sieq il-wieqfa, b’Naxxar jeħilsuha ħafif.
Huma rebħu penalty fl-74 minuta, bir-referee Portelli jikkonferma dan il-penalty wara li l-kowċ ta’ Naxxar, Winston Muscat, talab li jikkonsulta l-FVS. Mill-11-il metru inkariga ruħu JOSEPH ESSIEN MBONG li permezz ta’ xutt fil-baxx ma żbaljax hekk kif tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono, in-naħa opposta, biex b’hekk kompla jinkuruna staġun mill-aqwa.
L-Ispartans komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri, Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Matias Nicolas Garcia (Michele Carboni 90), Joseph Essien Mbong (Blessing Eleke 86), Damir Ceter (Jonny 78), Ederson Bruno Domingos (Rick Serber 87), Ognjen Bjelicic, Mouad El Fanis (Danilo Bulevardi 86), Emerson Marcelina Coach: Giacomo Modica
Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Kruger, Felipe Gustavo Goncalves, Neil Pace Cocks (Mark Fenech 83), Edson Farias Cerqiera, Daniel Letherby (Mattias Micallef 83), Gabriel Costa Goncalves (Louis Pahama 65), Christian Nganmini, Vinicius Ferrera De Jesus (Joao Souza Dos Santos 65), Amiel Guehi, Joao Vitor Moura Cardoso (Shaun Bugeja 90) Coach: Winston Muscat
Referee: Daniel Portelli
Ass. Referees: Duncan Spencer, Shaun Calleja
Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit
Skorers: D. Ceter 35, G. Goncalves De Campos og 44, J. E. Mbong pen. 77 (H)
Ammoniti: A. Guehi, G. Goncalves (N), M. El Fanis (H)
Player tal-Logħba: Mouad El Fanis (H)

