Sunday, April 19, 2026

Marsaxlokk jegħlbu lil Gzira U. f’partita li ħadet il-ħajja fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Marsaxlokk…………….2

Gzira U………………….1

Kienet partita li ħadet il-ħajja fit-tieni taqsima dik bejn Marsaxlokk u Gzira U., bix-Xlukkjari joħoru rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.

Għal Marsaxlokk, irritorna fl-azzjoni il-player Joseph Minala wara li serva logħba sospensjoni, biex b’hekk lagħab proprju kontra l-eks tim tiegħu.  

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta permezz ta’ Redon Mihana bil-goalkeeperta’ Gzira, Edoardio Colombo li interċetta kull periklu. 

Minuta wara Penha Da Costa dejjem għall-Maroons permezz ta’ through pass ra lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Christoffer Mafoumbi, jinterċetta tajjeb. 

Marsaxlokk reġgħu ħolqu l-periklu fil-11-il minuta b’Joseph Minala li għadda tajjeb lejn Leandro Aguirre bix-xutt tiegħu mid-distanza jintemm  barra. 

Gzira rrispondew fil-21 minuta peremzz ta’ freekick insidjuż tal-ispeċjalista  Clayton Failla li iżda ntemm għoli. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta fl-54 minuta tetħu l-iskor meta JORGE AILTON SOARES mill-viċin ma ħafirx. 

Iżda x-Xlukkjari bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li Gzira ġabu l-iskor indaqs meta MAXUELL MAIA venven xutt b’saħħtu kważi minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Mafoumbi.

Madankollu kienu Marsaxlokk li skorjaw il-goal tar-rebħa fl-74 minuta meta JORGE AILTON SOARES kien fil-post it-tajjeb fil-muemnt opportun u peremzz ta’ daqqa ta’ preċiża mill-viċin ma ħafirx, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Fl-84 minuta, ir-referee Philip Farrugia kkonsulta l-FVS wara li kien hemm daħla kerha ta’ Fabricio Silva Virgens fuq player ta’ Marsaxalokk, bir-referee Farrugia juri biss karta safra lill-player Brażiljan tal-Maroons u mhux ħamra. 

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbii, Oualida El Hsni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (Weder Soares Da Silva 79), Jorge Ailton Soares, Joseph Minala (Isaac David Christie-Davies 70), Leandro Aguirre, Redon Mihana (James Joseph Kirby 62), Domantas Simkus Coach: Vincenzo Potenza

Gzira U: Edoardo Colombo, Gabriel Bohrer Mentz, Andre Carlos Penha Da Costa, Marc van De Font Bovenkamp 89), Maxuell Maia, Clayton Failla (Neil Cassar 89), Stasa Bastic (Santiago Martinez Perlaza 69), Isemoli N’Sa, David Xuereb, Johan Josue Calderon Bonilla (Dejan Farrugia 81), Mihajlo Stojanovic (Deacon Abela 69), Fabricio Silva Virgens Coach: Darren Abdilla

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Mitchell Scerri, David Castillo 

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

Skorers: J. Ailton Soares 54, 74 (M), M. Maia 59 (G)

Ammoniti: J. Mianla, D. Simkus (M), S. Bastic, G. Bohrer Mentz, F. Silva Virgens (G)

Player tal-Logħba: Jorge Ailton Soares (M)

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport